Shorts Shorts

Hemm 3 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 3 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 3
    Pictures, signwriting and video 3


Hemm tlett sinjali differenti għal SHORTS. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kemm kemm milwija u bil-pala tħares ’il ġewwa. L-idejn jitqiegħdu djagonali ftit fil-għoli fuq quddiem bil-ponot tas-swaba’ jħarsu djagonalment ’l isfel. Imbagħad joħorġu lejn il-ġenb u ’l isfel biex il-pala tiġi tħares ’il fuq u jitilgħu bi skoss wieħed ’l fuq fl-istess forma u orjentazzjoni. It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn ukoll. Id waħda, bil-pala tħares ’l isfel, tieqaf ftit ’il fuq forma ta’ U bil-ponot tas-swaba’ jħarsu ’l isfel. L-id l-oħra, bil-pala tħares ’il ġewwa, tieħu l-forma ta’ 1. Il-werrej jimxi fuq l-għekiesi tas-swaba’ tal-U tal-id il-wieqfa. It-tielet sinjal jsir bil-ġisem ftit immejjel ’il quddiem u bl-idejn forma ta’ 5 jimxu min-naħa ta’ ġewwa għan-naħa ta’ barra tar-riġlejn.

There are three different signs for SHORTS. The first sign is made with both hands. The hands take the shape of slightly bent 5 with palms facing inwards. The hands are placed diagonally at a rather high level with fingertips pointing diagonally downwards. Then they move down and to the sides so that the palm faces upwards. Finally they jump up in one movement keeping the same shape and orientation. The second sign is made with both hands. One hand is held stationary with palm facing downwards in the shape of U with fingertips pointing downwards. The other hand, with palm facing inwards, takes the shape of 1. The index finger moves over the knuckles of the U fingers of the stationary hand. The third sign is made with the body bending slightly forwards and with the hands in the shape of 5. The hands move from the inner to the outer part of the legs.