Sittax Sixteen
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal SITTAX għandu żewġ partijiet. L-ewwel isir is-sinjal għal WIEĦED. Dan isir b’id waħda li tieqaf quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Il-werrej jieqaf bil-ponta tħares ’il fuq. Imbagħad isir is-sinjal għal SITTA b’id waħda quddiem l-ispalla tal-istess naħa bil-pala tħares ’il ġewwa . Is-saba’ il-kbir jintlewa ’l isfel mill-għaksa waqt li s-swaba’ l-oħra jintlwew lejn il-pala.
The sign for SIXTEEN has two parts. First, the sign for ONE is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The index finger points upwards. Then the sign for SIX is made with one hand upright in front of the shoulder of the same side with the palm facing inwards. The thumb is bent downwards from the knuckle whilst the other fingers point are bent towards the palm.