Tieġ Wedding
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TIEĠ għandha żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti tixbaħ is-sinjal għal IŻŻEWWEĠ u issir bl-id forma ta’ F, bis-saba’ l-kbir u l-werrej tal-id il-leminija jiżżerżqu mal-ġnub tas-saba’ taċ-ċurkett tal-id ix-xellugija bħallikieku qed jintlibes iċ-curkett tat-tieġ. Is-swaba’ jiżżerżqu lura ftit imbagħad ikomplu sa’ ġewwa. (ii) It-tieni parti tixbaħ parti mis-sinjal għal WEJTER. L-id tinbidel billi l-aħħar żewġt iswaba’ jingħalqu u l-ewwel tlett iswaba’ iduru sakemm jispiċċaw mifrudin u mgħawġin ftit lejn ġenb wieħed bil-pala tħares ’il fuq. L-id titqiegħed fil-ġenb u ddur fuqha nnifisha qisha qed tibbilanċja xi trej.
The sign for WEDDING has two parts. (i) The first part resembles the sign for MARRY and is made with the thumb and index fingers of the right hand sliding along the sides of the ring finger of the left hand as though putting on a wedding ring. The fingers slide back a little and then continue inwards. (ii) The second part resembles part of the sign for WAITER. The hand changes shape. The last two fingers close whilst the other three turn until they are apart and bent to one side with the palm facing upwards. The hand is placed at the side and turns as though balancing a tray.