Tromba Whirlwind
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal TROMBA għandu żewġ partijiet. L-ewwel parti ssir biż-żewġ idejn forma ta’ 5 bis-swaba’ mifrudin għall-aħħar u bil-pala tħares ’l isfel. L-idejn jimxu madwar xulxin bl-addoċċ b’id waħda kultant tgħaddi minn taħt l-oħra waqt li jitilgħu ’l fuq u jkopru distanza sostanzjali orizzontali. It-tieni parti ssir b’id waħda forma ta’ 1 bil-werrej jipponta ’l fuq u l-pala tħares ’il ġewwa waqt li jdur livell tar-ras b’moviment ta’ tidwir bil-ħeffa, jixbaħ is-sinjal għal TORNADO.
The sign for WHIRLWIND has two parts. First, both hands form the shape of 5 with fingers widely apart and palms facing downwards. The hands move in circular and upward directions around each other randomly, sometimes one hand passing under the other as they move upwards and cover considerable horizontal distance. The second part is made with one hand in the shape of 1 with the index finger pointing upwards and the palm facing inwards. The index finger moves around itself at head level with an upward whirling movement resembling that used for the sign for TORNADO.