Vapur Ship

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal VAPUR. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 milwija u bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra. Il-ponot tas-swaba jiltaqgħu fuq in-naħa ta’ barra u s-swaba’ l-kbar jiltaqgħu fuq in-naħa ta’ ġewwa. L-idejn jimxu ftit ’il quddiem waqt li jogħlew fuq wara u jinżlu fuq quddiem.

It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 magħluqa bis-saba’ l-kbir maħruġ ’il barra. Il-ponot tas-swaba’ tan-nofs jiltaqgħu u l-idejn jimxu flimkien ’il quddiem waqt li l-idejn jixxenglu ftit biex jispiċċaw f’pożizzjoni djagonali bis-swaba’ ż-żgħar iktar lura mill-oħrajn.

Meta VAPUR ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, id waħda bil-forma ta’ L, bil-pala tħares lejn il-ġenb, tintuża bħala classifier u timxi skont il-verb.

There are two signs for SHIP. The first sign is made with both hands. The hands take the shape of bent 5 with thumbs jutting out. The fingertips meet on the outside and the thumbs meet on the inside. The hands move forward a little together and move upwards a little at the back and dip down a little at the front.

The second sign is made with both hands in the shape of closed 5 with thumbs jutting out. The middle fingertips touch and the hands move forward together whilst the hands sway a little and end up diagonal with the pinkies more towards the back than the other fingers.

When SHIP is used as subject of a verb of movement, one hand in the shape of L, with palm facing sideways, is used as classifier and moves according to the action of the verb.