Vit Tap
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali għal VIT. L-ewwel sinjal isir b’id waħda. L-ewwel tlett iswaba’ joħorġu ’l barra u t-tnejn l-oħra jinagħlqu. It-tlett iswaba’ jinfirdu u jikkurvaw u jduru darbtejn fil-post qishom qed jiftħu xi vit. It-tieni sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel l-idejn jieħdu l-forma ta’ F kkurvat u bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku. Id waħda tieqaf bil-pala tħares lejn il-ġenb waqt li l-oħra timxi biċ-cirku fuq iċ-cirku tal-id il-wieqfa imbagħad titla ’l fuq iddur ’il-ġewwa f’linja kkurvata. (ii) Imbagħad, id waħda tifforma ponn u tersaq mill-livell fejn spiċċat l-ewwel parti u titbandal darbtejn ’il fuq u ’l ġewwa.
There are two signs for TAP. The first sign is made with one hand with the first three fingers extended and the other two closed. The three fingers move apart and curve and then rotate twice in place as though opening a tap. The second sign has two parts. (i) First the hands take the shape of curved F with the thumb and index finger forming a circle. One hand is placed with palm facing the side whilst the other hand moves with the circle over the circle of the stationary hand and then moves upwards and turns inwards in a curved line. (ii) Then, one hand takes the shape of a fist at the level where the first part ended and swings upwards and inwards twice.