Welder Welder

Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.

There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 2
    Pictures, signwriting and video 2


Hemm żewġ sinjali għal WELDER. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluqa u titqiegħed quddiem il-ġenb tar-ras bil-pala tħares lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ T u tteptep ’il quddiem imbagħad iddur dawra żgħira jew tnejn fil-post.

It-tieni sinjal isir biż-żewġ idejn ukoll. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 magħluqa u titqiegħed wieqfa bil-pala tħares lejn il-ġenb. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ L u l-werrej jagħfas xi tlett darbiet fuq il-pala tal-id il-wieqfa.

There are two signs for WELDER. The first sign is made with both hands. One hand takes the shape of closed 5 and is held stationary in front of the side of the head with palm facing the side. The other hand takes the shape for T and makes tapping movements forwards and then rotates in one or two little circles in the same place.

The second sign is also made with both hands. One hand takes the shape of closed 5 and is held stationary with palm facing the side. The other hand takes the shape of L and the index finger presses on the palm of the stationary hand about three times.