Ċerva Deer

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Dan is-sinjal isir bl-idejn li jieħdu l-forma ta’ 5 miftuħa u bis-swaba’ stirati. Is-saba’ l-kbir imiss man-ngħas u l-pala ta’ kull id tħares ’il barra.

Is-sinjal għal ĊERVA ŻGĦIRA huwa magħmul mis-sinjal għal ĊERVA u s-sinjal għal TARBIJA jew għal ŻGĦIR. Is-sinjali għal ŻGĦIR u għal KBIR huma magħmulin mill-idejn forma ta’ 5 bl-idejn iħarsu lejn xulxin f’linja vertikali jew djagonali. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs taċ-ċerva.

Għall-plural is-sinjal għal ĦAFNA jintuża wara s-sinjal għal ĊERVA. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ, id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa u jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jiġu mqiegħdin ħafna ċriev.

Meta n-nom ĊERVA jkun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, tintuża id waħda bil-forma ta’ V mgħawġa bħala classifier u l-id timxi skond l-azzjoni.

This sign is made with the hands in the shape of open 5 with fingers stretched out. The thumbs touch the side of the forehead with palms facing outwards.

The sign for a baby deer is the sign for DEER followed by the sign for BABY or for SMALL. The signs for SMALL and BIG are made with two hands in the shape of 5 with palms facing each other in a vertical or diagonal direction. The distance between the hands indicates the relative size of the deer.

The sign for MANY is used after the sign for DEER to signal plurality. A classifier is often used. In this case one or both hands take the shape of curved V. They are placed at various points in the signing space as though several deer were actually being put into that space.

When the noun DEER is the subject of a verb of movement, one hand in the shape of curved V is used as a classifier and moves accordingly.