Ċikliżmu Cycling
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĊIKLIŻMU jixbaħ dak għal ROTA li jsir biż-żewġ idejn. L-idejn jieħdu l-forma ta’ ponn fuq quddiem u jduru ’l isfel u lura imbagħad ’l fuq kontra xulxin, jiġifieri waqt li id tkun iddur lura l-oħra tkun waslet ’il quddiem. Imma għal ĊIKLIŻMU l-ispalel jogħlew u jintefgħu ’l-quddiem, l-idejn jersqu qrib xulxin u l-moviment isir iktar mgħaġġel.
The sign for CYCLING resembles that for BICYCLE. It is made with both hands in the shape of a fist at the front. The hands rotate forward, down, back and up in opposite directions such that when one hand is moving back the other is moving forward. However, for CYCLING the shoulders are raised and pushed forward, the hands move closer to each other and the movement is faster.