Ċimiterju Cemetery

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĊIMITERJU magħmul minn żewġ partijiet. (i) L-ewwel parti tixbaħ is-sinjal għal KAMRA. Dan isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 bil-pala tħares ’l isfel u bil-werrej iħares ’il barra. L-idejn jimxu laġenba biex jiffurmaw linja orizzontali imbagħad jimxu ’il quddiem jew lura u jerġgħu jiltaqgħu fin-nofs. Din il-parti tas-sinjal ġieli jitqassar. (ii) It-tieni parti tixbaħ is-sinjal għal BIEREK. Id waħda tieħu l-forma ta’ U bil-pala tħares laġenba. Tagħmel sinjal ta’ salib, minn nofs ’l isfel imbagħad minn ġenb għal ieħor.

The sign for CEMETERY consists of two parts. (i) The first part resembles the sign for ROOM. This is made with both hands in the shape of 1 with the palms facing downwards and the index fingers pointing outwards. The hands move sideways to make a horizontal line and then move forward or backward and then meet again in the middle. This part of the sign is often shortened. (ii) The second part resembles the sign for BLESS. One hand takes the shape of U with palm facing sideways. The hand makes the sign of a cross, from the centre downwards and then from one side to the other.