Ġinnastika Gymnastics
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Is-sinjal għal ĠINNASTIKA isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieħu l-forma ta’5 bil-pala tħares ’l isfel u tieqaf fin-nofs. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ V bil-pala tħares ’l isfel. L-id titqiegħed fuq il-wiċċ tal-id il-wieqfa, is-swaba’ tal-V jistrieħu momentarjament mill-għekiesi, imbagħad jiddrittaw u jitilgħu ’il fuq livell tal-geddum, is-saba’ tan-nofs jintewa mal-oħrajn u l-werrej jinżel fuq il-wiċċ tal-id il-wieqfa u jieqaf dritt biex il-ponta tas-saba’ tilħaq, jew kważi tilħaq, il-polz.
The sign for GYMNASTICS is made with both hands. One hand is held stationary in the middle in the shape of 5 with the palm facing downwards. The other hand takes the shape of V with the palm facing downwards. The hand is placed on the top of the stationary hand, the V fingers rest momentarily on their knuckles. They then straighten up and move up to chin level. The middle finger is folded in with the other fingers whilst the index finger moves back to the top of the stationary hand and stops straight so that the fingertip reaches or nearly reaches the wrist.