Ġirien Neighbours

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĠIRIEN huwa frażi jew sentenza iktar milli sinjal. Il-frażi tikkonsisti fis-sinjali għal: PERSUNI , QAGĦAD, DAR, ĦDEJN, DAR, TIEGĦEK (jew TIEGĦI eċċ). (i) Is-sinjal għal PERSUNI jsir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 magħluq bil-pala tħares ’l isfel. L-id tinżel darba u timxi lejn il-ġenb waqt li l-id tinżel kemmkemm qisu biex timmarka xi tlieta jew erba’ persuni. (ii) Is-sinjal għal QAGĦAD isir b’id waħda maġenb il-wiċċ li jmil kemmkemm għal fuq il-pala tal-id. (iii) Is-sinjal għal DAR isir qisu kontinwazzjoni tas-sinjal ta’ qabel. Id waħda tieħu l-forma ta’ 5 milwija bil-pala tħares ’l isfel maġenb ir-ras. (iv) Is-sinjal għal ĦDEJN isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ 1 u jersqu ħdejn xulxin sakemm il-werrejja jmissu, jew kważi, mill-ġenb. (v) Is-sinjal għal DAR jerġa jsir bħal qabel. (vi) Fl-aħħar isir is-sinjal għal TIEGĦEK (jew TIEGĦI eċċ skont il-kuntest). Dan isir b’id waħda forma ta’ ponn bil-pala fid-direzzjoni tal-persuna indikata.

The sign for NEIGHBOURS is more of a phrase or sentence than a sign. It consists of six parts: PERSON, STAY AT, HOUSE, NEAR, HOUSE, YOURS (or MINE). (i) The sign for PERSON is made with one hand in the shape of closed 5 with palm facing downwards. The hand moves down a little three or more times as it moves towards the side. (ii) The sign for STAY AT is made with one hand at the side of the head. The head leans over slightly onto the palm of the hand. (iii) The sign for HOUSE is made with the closed 5 hand bent at a right angle. The fingers touch the side of the head or almost. (iv) The sign for NEAR is made with both hands in the shape of 1 with the index fingers touching at the side or almost. (v) The sign for HOUSE is repeated here. (vi) Finally, the sign for YOURS (or MINE etc) is made with one hand in the shape of a fist with the palm facing the person indicated.