Ħabs Prison

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĦABS isir biż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ ponn maħlul. Il-polz ta’ id tistrieħ kontra l-polz tal-id l-oħra biex pala ta’ id tiġi tħares ’il fuq u l-oħra ’l isfel. Dan ifakkar bl-idejn marbutin bil-manetti.

Kultant isir is-sinjal għal STABBILIMENT qabel, bħala prefiss. Dan is-sinjal isir biż-żewġ idejn li jieħdu l- forma ta’ 1 bil-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra. L-idejn jitbiegħdu lejn il-ġenb imbagħad jinżlu ’l isfel biex jiffurmaw angolu rett.

The sign is made with both hands in the shape of a very loose fist. The wrist of one hand leans against the other wrist such that one palms faces upwards and the other downwards. This reminds one of handcuffed hands.

Sometimes the sign for ESTABLISHMENT is used before as a prefix. This is usually made with both hands in the shape of 1 with palms facing outwards. The index fingers touch and then move away to the side and then downwards to form right angles.

HAIRDRESSING SALON jew HAIRDRESSER’s

Is-sinjal għal HAIRDRESSING SALON magħmul minn żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir s-sinjal għal STABBILIMENT. Iż-żewġ idejn jieħdu l- forma ta’ 1 bil-pala tal-id tħares ’il barra. Il-werrej ta’ id imiss mal-werrej tal-id l-oħra livell mal-wiċċ. L-idejn jitbiegħdu lejn il-ġnub imbagħad ’l isfel u jiffurmaw linja b’angolu rett. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal HAIRDRESSER. Id waħda tieħu l-forma ta’ V bil-pala tħares ’il barra jew laġenba. Is-swaba’ tal-V jinfetħu u jingħalqu f’punti differenti fil-ġenb tal-wiċċ.

HAIRDRESSING SALON or HAIRDRESSER’s

The sign for HAIRDRESSING SALON consists of two parts. (i) First the sign for ESTABLISHMENT is made. Both hands take the shape of 1 with palms facing outwards. The index fingers touch and then move away to the side and then downwards to form right angles. (ii) In the second part the sign for HAIRDRESSER is made. One hand takes the shape of V with palm facing sideways. The fingers forming the V stretch out and open and close at various points near the side of the face.