Ħanżir Pig

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĦANŻIR isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ 5 ikkurvat bil-pala ’l ġewwa filwaqt li tgħatti l-ħalq u l-imnieħer. L-id iddur f’ċirku żgħir mal-ħalq mingħajr ma tibdel il-forma.

Għal ħanżir żgħir jew kbir, is-sinjali għal ŻGĦIR jew għal KBIR, isiru miż-żewġ idejn li jieħdu l-forma ta’ Ċ u jħarsu lejn xulxin f’linja orizzontali. Id-distanza bejn l-idejn tindika d-daqs tal-ħanżir. Is-sinjali għal ŻGĦIR jew għal KBIR jiġu wara s-sinjal għal ĦANŻIR.

GħaIl-plural is-sinjal għal ĦAFNA jiġi wara s-sinjal għal ĦANŻIR. Ġieli ukoll tintuża classifier. F’dan il-każ id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa jew il-forma ta’ 5 mgħawweġ. L-idejn jitpoġġew f’ħafna punti fiż-żona tas-sinjali qisu hemmhekk qed jitqiegħdu ħafna ħnieżer.

Meta n-nom ĦANŻIR ikun is-suġġett ta’ verb ta’ moviment, id waħda jew iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ V mgħawġa jew il-forma ta’ 5 mgħawweġ. Jintużaw bħala l-classifier u l-idejn jimxu skond l-azzjoni.

The sign for PIG is made with one hand in the shape of curved 5 covering the nose and mouth, palm inwards. The hand makes a small circular movement without changing its shape.

To refer to a piglet or large pig, the signs for SMALL or BIG are made with both hands in the shape of C with palms facing each other in a horizontal direction. The distance between the two hands indicates the relative size of the pig. The signs for SMALL or BIG are made after the sign for PIG.

The sign for MANY is used after the sign for PIG to express the plural. A classifier is sometimes used. In this case, one or both hands take the shape of curved V or curved 5. The hands are placed at various points in the signing space as though several pigs were being placed there.

When the noun PIG is the subject of a verb of movement, one or both hands take the shape of curved V or curved 5 and become the classifier, moving according to the action.