Ħarifa Autumn
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali jixxiebħu għal ĦARIFA li jistgħu jitqiesu l-istess. L-ewwel sinjal isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieqaf bil-pala tħares ’il ġewwa u bis-swaba’ mifrudin quddiem il-wiċċ. Is-saba’ l-kbir u l-werrej imissu l-ponta tas-saba’ żgħir tal-id il-wieqfa u fil-pront is-swaba’ kollha joħorġu dritt ’il barra mifrudin minn xulxin waqt li l-id titbandal minn ġenb għall-ieħor bil-pala tħares ’l isfel waqt li tinżel ’l isfel. It-tieni sinjal bħall-ewwel sinjal minbarra li l-idejn jibdew iktar ’l isfel, minn quddiem l-ispalla. Il-moviment ifakkar fil-weraq jaqgħu mis-siġar.
There are two similar signs for AUTUMN that could be considered identical. The first sign is made with both hands in front of the face. One hand is placed, palm facing inwards and with fingers apart. The thumb and index finger of the other hand touch the tip of the thumb of the stationary hand and immediately the fingers stretch out apart and the hand swings from side to side with palm facing downwards as it moves downwards. The second sign is like the first except that the hands start lower down, in front of the shoulder. The movement reminds one of leaves falling from trees.