Ħażżeż Scribble

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ĦAŻŻEŻ isir biż-żewġ idejn. Id waħda tieqaf fil-forma ta’ 5 bil-pala tħares ’il fuq. L-id l-oħra tieħu l-forma ta’ ponn jew ta’ A bil-pala tħares lejn il-ġenb u timxi bl-addoċċ bin-naħa tas-saba’ ż-żgħir fuq il-pala tal-id il-wieqfa. Ix-xufftejn jitkemmxu ’l barra.

The sign for SCRIBBLE is made with both hands. One hand is held stationary in the shape of 5 with palm facing upwards. The other hand takes the shape of a fist or of A with the palm facing sideways and moves haphazardly with the pinkie side over the stationary hand. The lips pout.