Ħjar(a) Cucumber(s)
Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.
There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.
Hemm żewġ sinjali għal ĦJAR(A). L-ewwel sinjal għandu żewġ partijiet. (i) L-ewwel, l-idejn jieħdu l-forma ta’ 5 kkurvata, jiltaqgħu fuq quddiem fin-nofs bil-pala tħares ’l isfel u jitbiegħdu f’linja dritta orizzontali lejn il-ġnub. (ii) Imbagħad, id waħda tieqaf fl-istess pożizzjoni waqt li l-id l-oħra tieħu l-forma ta’ B u titla’ u tinżel waqt li timxi lejn l-id il-wieqfa. It-tieni sinjal għandu l-istess l-ewwel parti tal-ewwel sinjal. Imbagħad isir is-sinjal għal AĦDAR. Id waħda tieqaf bid-driegħ jimtedd bil-pala tħares ’il fuq u bis-swaba’ jħarsu ’l barra. L-id l-oħra tieħu l-istess forma bil-pala tħares ’il fuq u timxi tul id-driegħ mill-polz u tieqaf fuq it-tarf l-ieħor.
There are two signs for CUCUMBER(S). The first sign has two parts. (i) First, the hands take the shape of curved 5 and meet at the front with palm facing downwards. They move away from each other in a straight horizontal line towards the sides. (ii) Then, one hand remains stationary in the same position whilst the other hand takes the shape of B and moves up and down whilst it goes towards the stationary hand. The second sign has the same first part as the first sign. Then the sign for GREEN is made. One hand is held stationary with the arm lying horizontally with palm facing upwards and fingers pointing outwards. The other hand takes the same shape with palm facing upwards. It moves over the arm from the wrist and stops over the elbow end.