Żebbuġ Olives
Hemm 2 verżjonijiet ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjows.
There are 2 versions of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and videos.
Hemm żewġ sinjali għal ŻEBBUĠ. L-ewwel sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ Q li titqiegħed fil-għoli bil-pala tħares ’il barra u bil-ponot tas-swaba tal-Q iħarsu djagonalment ’il fuq. It-tieni sinjal isir b’id waħda li tieħu l-forma ta’ F imma bis-saba’ l-kbir u l-werrej jiffurmaw ċirku u s-swaba’ l-oħra mifrudin. L-id titqiegħed fin-nofs bil-pala tħares ’il fuq.
There are two signs for OLIVES. The first sign is made with one hand that takes the shape of Q and is placed hight up with the palm facing outwards and with the Q fingers pointing diagonally upwards. The second sign is made with one hand that takes the shape of F but with thumb and index finger forming a circle and the other fingers apart. The hand is placed in the middle with palm facing upwards.