Żeffien Dancer

Hemm verżjoni waħda ta' dan is-sinjal. Agħfas il-buttuni hawn taħt biex tara l-istampi, il-kitba u l-vidjow.

There is one version of this sign. Use the butttons below to view the photographs, signwriting and video.

  • Sketch
    Stampi, kitba u vidjow 1
    Pictures, signwriting and video 1


Is-sinjal għal ŻEFFIEN(A) għandu żewġ partijiet. (i) Fl-ewwel parti jsir is-sinjal għal ŻIFEN. Iż-żewġ idejn jieħdu l-forma ta’ ponn bil-pala tħares ’il fuq. L-idejn u d-dirgħajn jiċċaqilqu u jduru ftit ’il fuq u ’l isfel, ’il quddiem u lura. L-ispalel jiċċaqilqu bl-istess ritmu ukoll. (ii) Fit-tieni parti jsir is-sinjal għal PERSUNA. Id waħda tieħu l-forma ta’ Ċ magħluqa bil-pala tħares ’il barra. L-id tinżel dritt ’l isfel fil-ġenb.

The sign for DANCER consists of two parts. (i) The first part is the sign for DANCE. Both hands in the shape of a fist, with palms facing upwards. The hand and arms move and partly rotate up and down, forwards and backwards. The shoulders move along the same rhythm as well. (ii) The second part is the sign for PERSON. One hand takes the shape of closed C with palm facing outwards. The hand moves straight down at the side.