Riżorsi Lessikali
L-Għeruq fil-Malti
Din hija lista kompluta tal-għeruq u l-forom tal-verbi fil-Malti, li nġabret mid-dizzjunarju monolingwi ta' Serracino-Inglott (1975-1989), id-dizzjunarju bilingwi ta' Aquilina (1987-1990), u l-lista ta' verbi misselfa li Mifsud (1995, Loan Verbs in Maltese, NY: Brill, pp. 272-295) iqis li ġew integrati fis-sistema tal-għerq Malti.
fajl (xls)Il-Plural Miksur
Din hija ġabra kbira ta’ plurali miksurin fil-Malti li dammha Michael Spagnol bil-għajnuna ta’ Thomas Mayer u Florian Schönhuber. Il-ġabra fiha 654 koppja ta’ singular u plural miksur u hi msejsa prinċipalment fuq il-lista ta’ plurali miksurin li ġabret Tamara Schembri (The broken plural in Maltese – A description. Bochum: Brockmeyer, 2012), b’xi żidiet ’l hemm u ’l hawn. Id-dizzjunarji tal-Malti jelenkaw ’il fuq minn 2,000 forma tal-plural miksur (cf. Cardona 1996, Il-Morfoloġija tal-Plural fil-Malti. Dissertazzjoni tal-M.A., l-Università ta’ Malta), iżda aħna nibbażaw l-istudju tagħna fuq ġabra wiesgħa ta’ plurali miksurin li, tista’ tgħid, ikollu ħakma tagħhom kelliem edukat tal-Malti.